Il-Banda

Is-Soċjeta’ twaqqfet primarjament minħabba l-kultura mużikali li bdiet tikber f’Ħaż-Żabbar. Il-fundatur, is-Sur Francesco Saverio Briffa, flimkien ma’ Mro. Giuseppe Micallef il-Baqrambun, l-ewwel Surmast, flimkien waqqfu l-ewwel soċjeta’ mużikali f’beltna.

Il-Kumitat u l-membri fi ħdan din is-soċjeta’ dejjem baqgħu jħaddnu prinċipji soda fejn tidħol il-banda, u żammew is-serjeta’ kemm jista jkun, kemm fil-kwalita’ tal-bandisti li jitħarrġu, kif ukoll fil-livell għoli tal-programmi li jiġu mtella’.

Illum il-ġurnata, il-banda tas-Soċjeta’ hi taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur Mro. Kevin Mizzi B.Sc. (Hons.), M.Sc., L.L.C.M, A.MusL.C.M, F.L.C.M.

L-Assistent Surmast tas-Soċjeta’ hu Mro. Brian Cassar L.L.C.M., D.I.P. Mus