Skema Proġett tal-Każin

Il-Każin fi Triq is-Santwarju ilu virtwalment mill-bidu tat-twaqqif tas-Soċjetà jservi bħala ċ-ċentru tal-ħidma ta’ din l-istess Soċjetà. Nhar id-9 ta’ Ġunju 2017, il-Kumitat Eżekuttiv, bl-għajnuna ta’ diversi membri, ħadem biex is-Soċjetà saret il-propjetarja ta’ dan il-palazz maestuż. Minn dakinhar, ix-xewqat u l-ambizzjonijiet li kellhom diversi membri dwar il-każin setgħu jibdew isiru realtà. Għaldaqstant, fit-3 ta’ Mejju 2019 ġie approvat unanimament mis-soċji, proġett ambizzjuż li jinvolvi ħafna xogħol strutturali biex dan il-każin ikun jista’ jaqdi l-bżonnijiet kollha tas-Soċjetà u tal-komunità Żabbarija.

Proġett ta’ din l-iskala jinvolvi ħafna spejjeż li s-Soċjetà diffiċli tirkuprahom mingħajr l-għajnuna tal-membri stess li ser ikunu jistgħu jgawdu minnu.

Jekk tixtieq li tgħin f’dan il-proġett, tista tissieħeb magħna f’waħda miż-żewġ skemi offruti hawn taħt:

Il-Każin fi Triq is-Santwarju ilu snin jservi bħala ċ-ċentru ta’ din is-Soċjeta’. Lura fid-9 ta’ Ġunju 2017, il-Kumitat Eżekuttiv, bl-għajnuna ta’ diversi membri, ħadem biex is-Soċjeta’ saret il-proprjetarja ta’ dan il-palazz maestuż.

Minn dakinhar, ix-xewqat u l-ambizzjonijiet li kellhom diversi membri dwar il-każin setgħu isiru realta’. Għal daqstant, fit-3 ta’ Mejju 2019 ġie approvat unanimament mis-soċji, proġett ambizzjuz li jinvolvi ħafna xogħol strutturali biex dan il-każin ikun jista jagħqdi l-bżonnijiet kollha tas-soċjeta’.

Proġett ta’ din l-iskala jinvolvi ħafna spejjeż li s-Soċjeta’ diffiċli tirkuprahom mingħajr l-għajnuna tal-membri stess li ser ikunu jistgħu igawdu minnu. Jekk tixtieq li tgħin f’dan il-proġett, tista tissieħeb magħna f’waħda miż-żewġ skemi li hawn hawn taħt:

Skema Infefinita ta’ €20 fix-xahar

Skema għal 30 xahar (sentejn u nofs) ta’ €20 fix-xahar

Donazzjoni tal-għazla tiegħek

Il-ħlas hu sikur permezz ta’ Paypal.