Kumitat Eżekuttiv

L-amministrazzjoni tas-Soċjetà taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Eżekuttiv, l-organu
ewlieni tas-Soċjetà. Dan il-Kumitat għandu f’idejh is-saħħa li jimplementa deċiżjonijiet
importanti filwaqt li jagħmel żgur li s-Soċjetà titmexxa f’ordni u skond l-istatut.
Ix-xogħol tal-Kumitat Eżekuttiv hu li:

  1. Jipproponi u jimplementa strateġiji
  2. Ikun responsabbli għall-attivitajiet u l-proġetti li jsiru, anki mill-Kummissjonijiet
  3. Jikkontrolla l-baġit finanzjarju tas-Soċjetà
  4. Jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-proprjetajiet kollha
  5. Jieħu ħsieb l-obbligazzjonijiet legali
  6. Jitlob ġustifikazzjoni għal kull kwistjoni
  7. Ikun il-Kumitat ewlieni fejn kull membru, Kummissjoni, jew
    organizzazzjonijiet/persuni terzi jistgħu jsibu bħala komunikazzjoni uffiċċjali tas-
    Soċjetà

Il-Kumitat Eżekuttiv jiġi elett kull sentejn, bejn Ottubru u Novembru, wara l-attività ewlenija
tas-Soċjetà, il-Festa tal-Madonna tal-Grazzja. Seduti ta’ dan il-Kumitat huma regolari,
normalment kull ġimgħa, u jkunu mmexxija mill-President, jew mill-Viċi-President. Fil-
Kumitat, insibu tliet irwoli ewlenin li huma meqjusa bħala uffiċċjali, dak tal-President, is-
Segretarju Ġenerali u l-Kaxxier.

Il-Kumitat Eżekuttiv għas-snin 2023-2025 hu kompost minn:

  • Is-Sur Mario Aquilina – President
  • Is-Sur Christopher Tanti – Segretarju Ġenerali
  • Is-Sur Lawrence Bugelli – Kaxxier
  • Is-Sur Giulio Bonavia – Viċi President
  • Is-Sur Mario Micallef – Assistent Segretarju Ġenerali
  • Is-Sur Anthony Grima – Direttur Ġenerali
  • Mro. Kevin Mizzi – Rappreżentant tal-Banda